Santwarju ta' Fatima, Guardamangia/Pieta'

Grupp Kristu Rebbieħ

Dan il-grupp ta’ talb “Kristu Rebbieħ”, jinsab fi hdan is-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima G`Mangia.  Il-grupp ilu mwaqqaf għal dawn l-aħħar 13-il sena u kien jiltaqa’ kull nhar ta’ Gimgħa mis-7.30pm sat-8.30pm.  Il-għan tal-grupp huwa li jagħtik opportuna’ li tiltaqa’ wiċċ imb’wiċċ mal-Kelma ħajja tal-Mulej, u hekk flimkien ma' Kristu Rxoxt toħroġ rebbieħ fuq kull sitwazzjoni negattiva li jista’ jkun tiltaqa’ magħha.

 Attivitajiet: Kull tielet Ħamis tax-xahar nanimaw Adorazzjoni fis-6.00pm fil-Knisja Parrokkjali ta’ Fatima.  Wara nattendu għaċ-ċelebrazjoni Ewkaristika.

Kull nhar tà Ħamis norganizzaw il-laqghat tagħna fil-knisja parrokkjali. Dawn ikunu mis-7.00 pm sat-9.00 pm.  Ikunu jikkonsistu f'laqgħat tà tagħlim, talb, tifħir, Bible sharing u mumenti tà Adorazzjoni.

Il-Grupp huwa immexxi min Vince Marshall .

 Il-Grupp jorganiżża wkoll iltiri għal membri tiegħu barra mill-Parroċċa.  L-għan huwa sabiex inkunu nistgħu ninħabru aktar fina nfusna u nikbru fil-fidi tagħna. 

Ix-xewqa tagħna hi li jkollna aktar nies mill-parrocca fi ħdan dan il-Grupp biex nagħarfu dejjem aktar lil Alla fil-ħajja tagħna li hafna drabi qegħdin inħabbtu wiċċna ma' żminijiet diffiċli .

 Vince Marshall, il-leader ta' dan il-grupp,  imexxi wkoll programm dwar il-Kelma t’Alla fuq Radio Marija 102.3 FM , kull nhar ta' Erbgha bejn it-10.30pm u l-12.00am.

Għal aktar informazzjoni  dwar il-grupp tista’ zzur il-web site taghna fuq: http://www.freewebs.com/kristurebbieh/

jew tikkunttattja lil Vince Marshall  fuq vincemar@onvol.net 

Members Area

Recent Blog Entries

Recent Forum Posts

No recent posts

Newest Members

Recent Photos