Santwarju ta' Fatima, Guardamangia/Pieta'

Kelma tal-Kappillan

Click here to edit text

Click here to edit text

                                          AWWISSU 2015                                                                     

                   Niftakar kont għadni saċerdot żagħżugħ, fil-bidu tal-missjoni tiegħi fil-Brażil, meta isqof, ħabib tal-patrijiet, qalilna li biex niċċelebraw tajjeb Il-quddiesa jeħtieġ li niftakru tlett affarijiet: 1. inqaddsu bħallikieku dik Il-quddiesa hija l-ewwel quddiesa ta’ ħajjitna; 2. bħallikieku dik Il-quddiesa hija l-unika waħda ta’ ħajjitna; 3. bħallikieku dik Il-quddiesa hija l-aħħar waħda ta’ ħajjitna.  Ħsieb sabiħ li nixtieq naqsam magħkom għax intom ukoll tkunu qegħdin tiċċelebraw Il-quddiesa flimkien magħna s-saċerdoti.

X’inhu l-ħsieb prinċipali ta’ dawn it-tlett punti.  Waqt dik il-hemda u l-paċi tal-quddiesa, hija ħaga komuni li jgħaddu ħafna ħsibijiet minn moħħna.  Niftakru f’xi ħaġa li tkun għadha kemm għaddiet fil-ħajja tagħna, jew niftakru f’xi ħaġa li nkunu se nagħmlu f’dik il-ġurnata.  Ħafna drabi moħħna jkun qed jewden b’xi problema li nkunu għaddejjien minnha, jew naħsbu f’xi persuna  ħabiba tagħna jew għall-kuntrarju f’xi ħadd li jkun qed jinkwetana fil-ħajja.  Dawn l-ħsibijiet u ħafna oħrajn jgħaddu kollha minn moħħna waqt il-quddiesa u addio dak li nkunu qed niċċelebraw.  U l-quddiesa ssir “for granted”, rotina tas-soltu – ġisimna jkun hemm fil-knisja, imma mohhna jkun band’oħra.

U għalhekk huwa f’waqtu l-ħsieb ta’ dak l-isqof.  Nimmaġinaw li kull quddiesa hija l-ewwel waħda ta’ ħajjitna, mimlija entużjażmu, ħerqa u attenzjoni.  Nimmaginaw li hi l-unika u għalhekk ma nistgħux nitilfu dik l-okkażjoni li qed niċċelebraw ma’ Ġesu u nirċevuh fl-Ewkaristija.  Nimmaginaw li hi l-aħħar quddiesa fejn permezz tagħha qed inħejju ruħna ħalli niltaqgħu mal-Mulej qabel inħallu din id-dinja.  Ejjew nagħmlu dan il-ħsieb sabiħ tagħna lkoll, l-ewwel aħna s-saċerdoti li rridu nkunu mija fil-mija attenti għal dak li qed niċċelebraw, imbagħad intom li wkoll tridu tkunu attenti għal dak li qed tipparteċipaw.

Insellem lil kulħadd u l-barka tal-Mulej tinżel fuqkom ilkoll.

                                                                            P. Vince Micallef OP
               Kappillan

                                                                            P. Vince Micallef OP
               Kappillan
 
P. Vince Micallef OP
kappillan 

Din is-sena l-klassijiet tal-katekiżmu kienu mimlija.  Biżżejjed ngħidu li ġew ippreparati 38 tifel u tifla għall-Ewwel Tqarbina li minnhom 29 irċevewha fil-Parroċċa tagħna u 9 f’parroċċi oħra.  Imma jekk dak li tgħallmu t-tfal ma jibqax jiġi pprattikat fil-familja, inutli l-katekiżmu fil-parroċċa.  Proprjament, il-katekiżmu għandu jibda fil-familja u jitkompla fil-parroċċa għax l-ewwel katekisti huma l-ġenituri.   Għalhekk inħeġġeġ lill-ġenituri illi jieħdu bis-serjeta l-missjoni tagħhom fil-familja biex hekk nkunu aħna stess qed inkomplu nibnu l-Knisja li waqqaf Kristu.  Il-paċi magkom lkoll.
                                                                            P. Vince Micallef OP
               Kappillan 

 

Members Area

Recent Blog Entries

Recent Forum Posts

No recent posts

Newest Members

Recent Photos