Santwarju ta' Fatima, Guardamangia/Pieta'

Il-Parroċċa tagħna

 
 

Il-Gruppi li għandna fil-parroċċa huma magħmulin minn parruċċani lajċi li jgħixu l-impenn nisrani fix-xogħol pastorali ta' l-istess parroċċa.  Naturalment il-parroċċa tagħna, bħall-parroċċi l-oħra, timxi u tieħu sehem mill-Pjan Pastorali ta' l-Arċidjoċesi ta' Malta.  Fl-introduzzjoni tal-Pjan Pastorali  2009 - 2011 insibu dan il-ħsieb: "Alla hu li jmexxi l-ħidma tal-Knisja. Minna jitlob li nkunu miftuħin għall-ispirtu tiegħu, u li nagħmlu ħilitna biex inwieġbu għal dak li hu jurina fis-sinjali taż-żminijiet. Il-Pjan Pastorali, għalhekk, hu din it-tweġiba tagħna, fil-limitazzjonijiet kollha tagħna imma bl-għajnuna tiegħu, għal dak li qed jurina l-Ispirtu ta’ Alla fi żmienna. Hu l-espressjoni tal-kollaborazzjoni tagħna ma’ Alla".

Dan il-Pjan Pastorali jrid jgħin lill-Knisja f’Malta fil-mixja mis-sitwazzjoni preżenti lejn is-sit-wazzjoni mixtieqa. Is-Sinodu Djoċesan ( http://ms.maltadiocese.org/sinodu/pjan_pastorali.pdf ) joffru analiżi f’waqtha tas-sitwazzjoni f’diversi oqsma tal-ħidma pastorali tal-Knisja, kif ukoll tas-sitwazzjoni mixtieqa fid-dawl tas-sinjali taż-żminijiet. Fl-istess waqt, mis-Sinodu ’l hawn, l-esperjenza stess tat-twettiq tas-Sinodu ħarġet b’mod ċar aspetti partikulari li l-Pjan Pastorali l-ġdid ried jikkonsidra. Il-Pjan g]alhekk juri l-viżjoni li se tmexxi lill-Knisja f’Malta u l-missjoni tagħha, u jindika ħidmiet u l-proġetti li jgħinu lill-Knisja f’din il-mixja tagħha, kif ukoll min se jkun responsabbli ta’ dawn.

Il-gruppi tal-parroċċa tagħna huma dawn:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Members Area

Recent Blog Entries

Recent Forum Posts

No recent posts

Newest Members

Recent Photos